Iridu jkunu Prim Ministru. Imma xi jridu jwettqu Fearne u Abela?

Nhar it-13 ta’ Jannar il-pajjiż se jkollu Prim Ministru ġdid. Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa qasira lejn il-proposti ta’ Chris Fearne kif ukoll ta’ Robert Abela fuq diversi punti...

Naturalment il-Mexxej Laburista l-ġdid se jkun iġġudikat, mhux biss bil-fatt illi rebaħ imma wkoll bil-proposti li se jkun qed iressaq. 

L-ILLUM tagħti ħarsa lejn il-proposti tal-kandidati għat-tmexxija tal-Partit Laburista u tal-pajjiż

Governanza u s-Saltna tad-Dritt 

  • Tingħeleb il-kriżi politika li Malta tinsab fiha billi jinfetaħ djalogu mal-istituzzjonijiet Ewropej u l-media barranija biex intejbu r-reputazzjoni ta’ pajjiżna.
  • Titneħħa s-sistema taċ-Chief of Staff mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru biex l-istess uffiċċju ma jkollux żewġ ċentri ta’ poter. 
  • Il-Kummissarju tal-Pulizija, l-Avukat Ġenerali u l-Ġudikanti jiġu appuntati b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-Parlament. 
  • Issir konferenza fuq il-Governanza u s-Saltna tad-Dritt flimkien mal-NGOs, is-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni.
  • Jingħataw aktar riżorsi lill-Uffiċju tal-Awditur Ġenerali biex nassiguraw li l-investigazzjonijiet jiġu konklużi iżjed malajr.

Inkomplu s-Suċċessi

  • Tkompli ssir ħidma fuq il-progress u s-suċċess ekonomiku li wettaqna bħala Partit fil-Gvern. Dan għandu jsir b’sens ta’ meritokrazija, trasparenza u ugwaljanza fl-għoti ta’ kuntratti.
  • Il-Kumitat għar-Riforma Kostituzzjonali jibqa’ jitmexxa mill-President ta’ Malta.

Ambjent

  • Aktar importanza lill-ambjent. Malajr kemm jista’ jkun, irid ikollna trasport pubbliku mingħajr ħlas għal kulħadd, u pjanijiet oħra biex intejbu l-infrastruttura.
  • Id f’id mal-Kunsilli Lokali iridu jinħolqu spazji miftuħa madwar Malta u Għawdex, b’aktar pjazez ħodor u ġonna.

Ir-Ruħ Soċjali tagħna 

  • Proposta ta’ ħlas ugwali għal xogħol ta’ valur ugwali.
  • Ħidma biex ikuj eradikat il-faqar darba għal dejjem permezz ta’ iktar miżuri soċjali b’saħħithom bħal ’energy benefit’ awtomatiku lil dawk l-anzjani li għandhom aktar minn 80 sena mingħajr il-bżonn ta’ means test u żieda fic-Childrens Allowance, bl-ikbar żieda, li tlaħħaq il-€100, tingħata lill-familji li jaqilgħu l-inqas dħul.
  • Jerġgħu jinfetħu l-bordijiet tal-inġustizzji għall-appelli u każijiet ġodda. 

Immigrazzjoni u ħaddiema barranin

  • Malta ma tistax tibqa’ waħedha fuq l-immigrazzjoni. Il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea japplikaw il-liġijiet rispettivi u b’hekk ikollna aktar ‘burden sharing’.

Housing 

  • Indirizzata l-problema tal-housing li bosta Maltin qed jaffaċċjaw, fosthom żgħażagħ li għandhom aktar minn 25 sena.
  • Tisħiħ tal-iskema għall-persuni b’diżabilità, biex jgħixu fi propjetà li hija adegwata għalihom u li tgħinhom jgħixu ħajja aktar indipendenti.
  • Tisħiħ tal-iskema tal-Equity Sharing.

Trasport

  • Titjib fl-infrastruttura biex tlaħħaq mat-tkabbir tal-popolazzjoni ta’ Malta u Għawdex.
  • Jitkompla l-proċess biex nattwaw il-proġett tal-mina bejn Malta u Għawdex.
  • Titjieb is-sigurtà fit-toroq tagħna f’Malta u f’Għawdex. 
  • Malajr kemm jista’ jkun, ikun hawn trasport pubbliku mingħajr ħlas għal kulħadd.
  • Parkeġġ b’xejn f’ Mater Dei.

Postna fl-Ewropa

  • Ma’ kull opportunità li niddefendu isem pajjiżna.

Kwalità tal-Ħajja 

  • Titjieb il-kwalità tal-ħajja, billi isir iffukar aktar fuq edukazzjoni tul il-ħajja kif ukoll sports, u bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja.
  • Jiżdied iċ-Childrens’ Allowance għall-familji b’nefqa ta’ madwar 2.5 miljun ewro.

Partit Laburista

  • Jiġi msaħħaħ il-Partit Laburista u naraw li jkun involut fit-tqegħid ta’ policy.
  • titwaqqaf struttura fi ħdan il-Partit li tkun qed tirregolarizza l-kuntatt tal-MPs mal-membri tal-Partit.
  • Fl-istess waqt tinżamm id-distinzjoni bejn Partit u Gvern.

Housing 

  • Sidien ta’ djar mhux okkupati jew dilapidati se jkunu mistiednin mill-Gvern biex ibiegħu dawn id-djar ghall-prezzijiet tas-suq.
  • Il-mira hi li jinxtraw 4,000 dar. Id-djar li huma l-iktar mġarrfin se jingħataw iktar preferenza. L-ispiża prevista ta’ dan il-proġett hu €260 miljun u se jinfirxu matul erba’ snin. Dan ifisser li se jiswa €65 miljun kull sena.

Xogħol

  • L-impjegati se jingħataw permessi ġodda, jew se jiġġeddulhom il-kuntratti biss jekk iħallsu l-impjegati tagħhom paga kumparabbli ma’ pagi f’dak is-settur.
  • Se jingħataw permessi wkoll jekk l-impjegati jitħallsu miċ-ċekk jew permezz ta’ trasferiment bankarju dirett. Jekk ma jagħmlux dan, se jkunu skwalifikati mill-possibilità li jimpjegaw nies barranin.
  • L-impjegati se jitwaqqfu milli jieħdu permessi ġodda jew jkollhom il-permessi mġeddin jekk ma jobdux ir-regoli tal-kundizzjonijiet tal-ħaddiema .
  • skont il-liġi jew jekk jimpjegaw nies barranin mingħajr il-permessi neċessarji.
  • Nies li jaħdmu l-istess xogħol fl-istess kumpanija għandom jitħallsu l-istess.

Anzjani

  • Il-Mediċini jitħallsu mill-Gvern ghall-penzjonanti, din il-proposta ħa tiswa madwar €40 miljun

More in Politika