Adrian Delia jitlob lill-Kummissarju għall-Istandards jinvestiga lil Muscat fuq is-safra f'Dubaj

Il-PN talab lill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika George Hyzler biex jinvestiga s-safra ta' Joseph Muscat u l-familja fid-Dubaj

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia kiteb lill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika George Hyzler biex jinvestiga jekk il-Prim Ministru Joseph Muscat kisirx il-Kodiċi tal-Etika tal-membri tal-Kamra tad-Deputati jew il-Kodiċi tal-Etika għall-Ministri u s-Segretarji Parlamentari meta kif ġie żvelat mill-midja Joseph Muscat siefer lejn Dubaj "u baqa’ sal-lum qatt ma ta rendikont jew spjegazzjoni xierqa kif ġiet imħallsa din is-safra."

Il-PN ikkwota rapporti fil-midja jgħidu illi l-ispiża kienet tlaħħaq €20,000. 

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia għamel referenza għall-Kodiċi tal-Etika u kif Deputati Parlamentari huma marbuta ma dawn il-kodiċi meta jingħataw jew jaċċettaw rigali. Adrian Delia jinsab dispost li jgħin u jikkollabora mal-Kummissarju George Hyzler matul l-investigazzjoni dwar din ilbtala tal-Prim Ministru.

More in Politika