Raġel fil-periklu tal-mewt wara li tilef il-kontroll tal-karozza u ħabat ma' siġra

L-inċident seħħ dalgħodu fil-Limiti tal-Għajn il-Kbira fis-Siġġiewi

Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ħabat bil-karozza ma’ siġra fil-Limiti tal-Għajn il-Kbira fis-Siġġiewi.

L-inċident seħħ dalgħodu, għall-ħabta tat-tmienja nieqes kwart.

Jidher li s-sewwieq, li għandu 36 sena u residenti l-Imtarfa, għal xi raġuni tilef il-kontroll u baqa’ dieħel fis-siġra.

Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku.

Malli wasal Mater Dei, ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Politika