'Delia għandu jammetti li dak li jgħid dwar ħaddieħor japplika għalih u jirriżenja' oħt Daphne

Oħt Daphne Caruiana Galizia, Helene Asciak, tisħaq illi Delia għandu jwarrab kif qed jissuġerixxi li jagħmel ħaddieħor

Helene Asciaq, meta kkonfrontat lil Adrian Delia
Helene Asciaq, meta kkonfrontat lil Adrian Delia

F'messaġġ fuq il-paġna tagħha ta' Facebook, oħt Daphne Caruana Galizia, Helene Asciak sostniet li Adrian Delia għandu jirriżenja u jġorr ir-responsabilità, kif kien qed jitlob li jsir hu stess fil-messaġġ tal-ewwel tas-sena. 

F'kumment li ħalliet fuq artiklu dwar il-messaġġ ta' Delia għall-ewwel tas-sena Asciak sostniet li Delia għandu jagħmel dak li qed jissuġerixxi hu stess. Il-Kap tal-PN esprima t-tama li fl-2020 dawk li huma mistennija jġorru r-responsabilità tagħhom jagħmlu dan kemm jista' jkun malajr f'ġieħ il-pajjiż. 

Dan it-tir jista' jitqies bħala l-ewwel wieħed minn ħafna li mistennijin isiru din is-sena, lejn il-Kap tal-Oppożizzjoni u l-akkużi li kienu saru kontrih minn Daphne Caruana Galizia kif ukoll rabtiet ta' negozji li kellu. 

Asciak kienet ikkritikat bil-qawwi wkoll lil Delia meta dan, flimkien ma' delegazzjoni mit-tmexxija tal-PN, mar iħalli fjuri fil-post fejn qed titfakkar oħtha f'ħoġor il-monument tal-Assedju l-Kbir. Hu kien qed ifakkar it-tieni anniversarju tal-assasinju ta' Caruana Galizia.

More in Politika