L-OCCRP takkuża lil Joseph Muscat b'korruzzjoni estrema u titfgħu fl-istess keffa ta' dittaturi

Organizzazzjoni internazzjonali ta' midja dwar il-kriminalità organizzata tagħmel lil Muscat 'il-persuna tas-sena' ... fil-lista ma'  Ilham Aliyev u Vladimir Putin

Joseph Muscat
Joseph Muscat

L-organizazzjoni internazzjonali Organized Crime and  Corruption Reporting Project (OCCRP), li fil-fatt tgħaqqad fiha numru ta' ġurnalisti u edituri li jiktbu dwar is-suġġett, iddikjaraw lill-Prim Ministru Malti Joseph Muscat il-'Persuna tas-sena 2019'

Politiċi oħrajn li ngħataw dan it-titlu xejn presitġjuż kienu Vladimir Putin il-President Russu u Ilham Aliyev, il-President tal-Ażerbajġan. 

Louise I. Shelley, il-fundatriċi ta' OCCRP sostniet illi Muscat wera' nuqqas ta' rispett u antipatija lejn il-midja u l-libertà tal-espressjoni. "Ħalla lil nies korrotti jordnaw qtil b'impunità. B'dan il-premju qed nonraw il-kuraġġ tal-investigaturi ta' dan il-qtil barbaru."

L-OCCRP ikkonkludiet illi l-azzjonijiet tal-Prim Ministru ta' Malta jikkostitwixxu "l-aktar forma ta' korruzzjoni estrema."

"Il-falliment fit-tmexxija politika li eżerċità dan ir-raġel jirrapreżenta il-kriżi kurrenti li qed theżżeż il-fundamenti tal-UE," sostniet Saska Cvetkovska, membru tal-bord tad-diretturi tal-OCCRP. 

More in Politika