Yorgen Fenech jitlob il-ħelsien mill-arrest

Il-Qorti mistennija tagħti d-deċiżjoni tagħha dwar din it-talba matul is-smigħ li jmiss, skedat għal nhar it-Tnejn 23 ta' Diċembru

L-Avukati ta' Yorgen Fenech, l-allegat mandant fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, talbu għall-ħelsien mill-arrest tal-akkużat.

Fenech qed iwieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.

It-talba saret illum waranofsinhar waqt il-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra l-istess Yorgen Fenech.

Il-Qorti mistennija tagħti d-deċiżjoni tagħha dwar din it-talba matul is-smigħ li jmiss, skedat għal nhar it-Tnejn 23 ta' Diċembru fl-10:00am.

Aqra wkoll: 

More in Politika