Il-Pulizija tgħid li qed tinvestiga l-konnessjoni ta' Keith Schembri ma' Brain Tonna u Adrian Hillman

Il-Pulizija tgħid li ma tistax tagħti iktar dettalji minħabba l-fatt li dan jista jkun ta’ dettriment għall-investigazzjoni f’Egrant

Fi stqarrija dwar il-pubblikazzjoni tar-rapport tal-inkjesta Egrant, il-Pulizija qalet li wara li tlestiet l-inkjestahi bdiet teżamina ir-rapport “immedjatament”, iżda saħqet li ma tistax tagħti iktar dettalji minħabba l-fatt li dan jista jkun ta’ dettriment għall-investigazzjoni.

Barra minn hekk qalet ukoll li hi, flimkien mal-Maġistrati Inkwirenti u awtoritajiet oħra kienet qed tinvestiga r-rakkomandazzjonijiet u l-konklużjonijiet ta’ dan ir-rapport. Dan kien wara li r-rapport kien referut għaliha mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.

Fost l-affarijiet li l-Pulizija qed tinvestiga hemm ir-relazzjoni bejn Keith Schembri u Brain Tonna u Adrian Hillman, l-investigazzjoni ta' 17 Black, flimkien mal-konnessjoni tagħha mal-kumpaniji Hearnville u Tillgate.

Il-Pulizija kkonkludiet ir-rapport tagħha billi qalet li hi kienet qed titkellem ma’ numru ta’ persuni dwar l-investigazzjoni u li qed tinvestiga rakkommandazzjonijiet oħra fir-rapport flimkien ma’ awtoritajiet oħra kkonċernati. 

More in Politika