Rapport Egrant | 'She has crossed the limit' ... ara x'qal Keith Schembri lill-Maġistrat dwar Daphne

Keith Schembri jitkellem ukoll dwar il-ħbiberija tiegħu ma’ Brian Tonna u għid li din tmur lura 22 sena

“Jiena living proof tal-gideb kollu tagħha.” Hekk qal l-eks Chief of Staff Keith Schembri meta kien qed jixhed quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja dwar dak li kitbet fuqu Daphne Caruana Galizia.

Meta mistoqsi dwar il-ġurnalista Caruana Galizia, Keith Schembri ftit li xejn qagħad jomgħod il-kliem u qal ċar u tond li “l-persuna ħolqitli ħafna inkwiet fil-ħajja personali tiegħi.”

Huwa rrefera għall-problemi ta’ saħħa li għadda minnhom. “Ivvintat kundizzjoni, ġennet lill-familja tiegħi, kont tlajt l-Amerka għall-kura, tat id-data ta’ meta ħa mmut mingħajr ma ... I am living proof tal-gideb kollu tagħha.”

“She has crossed the limit,” ikompli jgħid Schembri. “Qiegħed fi klinika fl-Amerika, sejjer għal Pad Scan, nistenna nofs siegħa u nara kumment make cancer bring him down. Ma għandi l-ebda rispett. Ma nafx nobgħod pero ma għandi l-ebda rispett għal nies hekk.”

Ikompli jisħaq li hu kien wiegħed lilu nnifsu biex ma jiftħilhiex libelli, iżda jisħaq li wara dan l-artiklu ma felaħx.

“It can go on like this,” qal Schembri lill-Maġistrat waqt li insista li ma kienx ikun jaf x’se jwieġeb lit-tifla meta kienet tmur mill-iskola u tgħidlu “Daddy l-iskola qed jgħidu li ħa tmut.”

Fix-xhieda tiegħu, Keith Schembri jitkellem ukoll dwar il-ħbiberija tiegħu ma’ Brian Tonna u għid li din tmur lura 22 sena.

More in Politika