Rapport Egrant | Karl Cini bagħat email biex John Dalli jiltaqa' ma' Hasheminejad u Brian Tonna

Ir-rapport Egrant isemmi email li bagħat Karl Cini biex issir laqgħa bejn sid il-Pilatus, Brian Tonna u John Dalli - imma jinnota wkoll li t-tranżazzjonijiet ta' Dalli fil-Pilatus mhux suspettużi

John Dalli, eks Ministru u eks Kummissarju Ewropew li kien fetaħ kont fil-Bank Pilatus nhar il-25 ta' Jannar 2014 kien iltaqa' ma' Ali Sadr Hasheminejad, sid il-Bank Pilatus u Brian Tonna minn Nexia BT. 

Ir-rapport dwar il-kumpanija Egrant innota kif m'hemm l-ebda raġuni ċara għal din il-laqgħa, ladarba il-kontijiet ta' Dalli kienu nfetħu diġa. 

Minkejja dan, ir-rapport tal-Imħallef Aaron Bugeja jgħid ukoll li dawn il-kontijiet ftit li xejn intużaw u t-tranżazzjonijiet kienu żgħar. Għalhekk dawn mhumiex suspettużi. 

Ara x'ikkonkluda r-rapport dwar ir-rabta bejn Egrant u Michelle Muscat

Ara x'qal ir-rapport dwar Karl Cini u kif messu kien investigat

Ara x'ikkonkluda r-rapport dwar diskussjonijiet bejn Schembri, Mizzi, Tonna ma' Cheng Chen

More in Politika