Rapport Egrant | Il-Maġistrat Bugeja jgħid li l-Kummissarju kellu jinvestiga lil Karl Cini

Jisħaq li jista' jkun hemm każ li Karl Cini għamel ġurament falz

Fir-rapport tal-inkjesta Ergrant, il-Maġistrat Aaron Bugeja kif iddikjara li l-Kummissarju tal-Pulizija għandu jinvestiga d-diskrepanzi fix-xhieda ta' Karl Cini.

Fix-xhieda dettaljata tiegħu, Karl Cini qal li huwa waqqaf biss tliet kumpaniji fil-Panama, madanakollu, il-Maġistrat Aaron Bugeja jikkwota l-Forensic Accountants Harbinson Forensics li sabu li huwa kien fil-fatt waqqaf ukoll il-kumpanija Real Trade Investments Global Corp fil-Panama (u mhux fil-BVI kif hu semma fix-xhieda tiegħu).

Apparti minn hekk, Karl Cini jtenni li kien waqqaf erba' kumpaniji fil-British Virgin Islands ċioe Comerco, Durellie, Real Trade Investments u Willerby.

Madanakollu, jkompli jgħid ir-rapport, Cini naqas milli jsemmi lill-kumpaniji Colson, Selson, Lester, SPX, Blue Sea, Torbridge jew Berdil.

Minħabba dawn u anke raġunijiet oħra, il-Maġistrat jikkonkludi li l-Kummissarju tal-Pulizija għandu jinvestiga dawn id-diskrepanzi fix-xhieda ta' Karl Cini "stante li kif irriżulta mill-provi dokumentarji aktar 'il fuq imsemmija juru li jista' jkun hemm prima faciae ġurament falz min-naħa tiegħu."

More in Politika