Il-Partit Nazzjonalista jippubblika r-rapport kollu EGRANT

Adrian Delia jippubblika r-rapport kollu ta' Egrant u jindika li l-PM kien jaf b'fatti kriminali dwar nies li 'kellhom uffiċċju Kastilja'

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista u tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ħabbar illi l-PN se jkun qed jippubblika r-rapport kollu dwar Egrant li inkiteb mill-Imħallef Aaron Bugeja u li tratta l-kumpanija Egrant, li kienet infetħet flimkien ma' Tillgate u Hearnville ta' Keith Schembri u Konrad Mizzi rispettivament.  

Il-Kap tal-PN qal biss, li huwa diżgustat b'dawk li sejħilhom "fatti ġodda" li l-Prim Ministru kien jaf bihom. "Fatti kriminali dwar nies li kellhom uffiċċju f'Kastilja. Din kienet ir-raġuni għalfejn ir-rapport ma ħariġx kollu," sostna Delia. 

Minkejja li ma semma' lil ħadd b'ismu Delia probabilment kien qed jirreferi għal Nexia BT, li kellhom uffiċċju Kastilja. 

Minkejja li ftit li xejn qal Delia ma semma' xejn dwar ir-rabta li għaliha saret l-inkjesta, jiġifieri rabta bejn Egrant u Michelle Muscat. 

(Dan l-artiklu qed ikun aġġornat)

More in Politika