Manuel Delia jiftaħ libell lil One News dwar artiklu fuq il-protesta ta' Jum ir-Repubblika

Manuel Delia qed jisħaq li One News implikaw li hu insulenta l-atleti tal-Ispecial Olympics

Manuel Delia, blogger u attivist tas-soċjetà ċivili, fetaħ libell kontra One Productions Ltd wara storja li skont Delia qed timplika li hu insulenta l-atleti tal-Ispecial Olympics waqt il-protesta ta’ Jum ir-Repubblika.

Delia fetaħ il-libell kontra ċ-Ċermen Jason Micallef u anke l-Kap tal-Aħbarijiet Owen Galea, fost oħrajn.

L-artiklu kien ippubblikat ilbieraħ u anke jekk ma kienx isemmi lil Delia nnifsu, ir-ritratt ippubblikat mal-artiklu kien juri lill-istess attivist.

Fil-libell tiegħu, Manuel Delia saħaq li l-artiklu u anke r-ritratt “apparti li foloz huma malafamanti u intiżi biex joħolqu ħsara lir-reputazzjoni tiegħu.”

More in Politika