Il-Ministru Bonnici jikkonferma li Schembri kien jattendi l-laqgħat dwar il-qtil ta' Daphne

Jisħaq li jħossu tradut jekk ikun ipprovat li Keith Schembri kien jgħaddi l-informazzjoni diskussa f'dawn il-laqgħat

Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici kkonferma li l-eks Chief of Staff Keith Schembri kien preżenti fil-laqgħat li fihom il-Prim Ministru kien informat dwar l-aħħar żviluppi fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

F’kummenti ma’ The Times of Malta, Bonnici qal li hu attenda għal ftit minn dawn il-laqgħat u Keith Schembri kien dejjem ikun preżenti.

Il-Ministru insista li fil-laqgħat li attenda għalihom hu, isem Keith Schembri qatt ma ssemma mill-investigaturi.

Insista li jekk ikun ipprovat jekk Schembri għadda informazzjoni dwar dak li kien ikun għaddej f’dawn il-laqgħat, iħossu “tradut.”

More in Politika