Jekk Fearne isir PM l-Kummissarju tal-Pulizja jispiċċa barra u Konrad Mizzi jibqa' barra mill-Kabinett

Fearne qal illi jitfa' lill-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar għal vot ta' żewġ terzi tal-Parlament, vot li l-probabilità l-kbira hija li ma jgħaddix u ma jagħmilx lil Konrad Mizzi Ministru

Chris Fearne | Ritratt ILLUM
Chris Fearne | Ritratt ILLUM

Lanqas ilħaqna sirna nafu minn huma ż-żewġ kandidati li se jiġru fl-elezzjoni għal Mexxej Laburista u Prim Ministru ġdid, li Fearne ma qalx illi jekk ikun elett hu Prim Ministru jpoġġi lill-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar għat-test tal-Parlament u biex jibqa' jkun jeħtieġ jikseb żewġ terzi tal-voti fil-Parlament. Dan qalu f'intervista mas-sit Lovin Malta.

Meta wieħed jikkunsidra li l-PN ilu jikkritka lil Cutajar bil-qawwa kollha flimkien ma' Repubblika, il-probabilità l-kbira hija li dan il-vot ma jgħaddix u Cutajar jitlef postu.

Din il-proposta għamilha l-PN ukoll u diversi djar tal-midja u gazzetti, bħal-ILLUM, qablu magħha. 

Intant f'din l-intervista Fearne indika wkoll li Konrad Mizzi ma jitpoġġiex Ministru jekk ikun Prim Ministru hu. Mizzi rriżenja ġimagħtejn ilu, imma ma tax raġuni ċara ta' għalfejn kien qed jagħmel dan. 

Sa issa Mizzi ma kienx mistoqsi biex imur id-Depot u hu qed jiċħad li b'xi mod kellu x'jaqsam ma' 17 Black jew li jaf ta' min hi. 

More in Politika