L-eks MEP Marlene Mizzi tappella biex Muscat jirriżenja issa u jidħol id-Deputat PM floku

L-eks MEP Laburista Marlene Mizzi f'messaġġ fuq Facebook appellat biex il-PM Joseph Muscat jirriżenja u d-Deputat Prim Ministru jieħu postu issa stess

L-eks MEP Laburista Marlene Mizzi f'messaġġ fuq Facebook appellat biex il-PM Joseph Muscat jirriżenja issa stess u d-Deputat Prim Ministru jieħu postu.

Fil-messaġġ tagħha Mizzi tfakkar illi Deputat Prim Ministru qiegħed hemm biex jieħu post il-Prim Ministru fil-mument tal-bżonn. "Dan għandu jiġri issa. Il-pajjiż jiġi l-ewwel," sostniet Mizzi. 

L-eks MEP tingħaqad ma' oħrajn, inkluż s-soċjetà ċivili, l-Oppożizzjoni u l-midja indipendenti li qed jisħqu illi l-pożizzjoni ta' Muscat m'għadhiex tenibbli. 

Il-messaġġ ta' Marlene Mizzi
Il-messaġġ ta' Marlene Mizzi

More in Politika