Elezzjoni PL | 'Wara l-maltempata ġej bnazzi kbir' - Robert Abela lest għat-tiġrija

Robert Abela b'messaġġi ta' kuraġġ hekk kif jidher li lest biex ikun parti mit-tiġrija għat-tmexxija tal-Partit Laburista 

Robert Abela, konsulent tal-PM Musccat, jieġħu b'idejn il-partitarji l-għada tar-rebħa Laburista fl-2017 | Ritratt ta' Mediatoday
Robert Abela, konsulent tal-PM Musccat, jieġħu b'idejn il-partitarji l-għada tar-rebħa Laburista fl-2017 | Ritratt ta' Mediatoday

Wara li lbieraħ Miriam Dalli ħabbret illi mhux se tkun qed tikkontesta għal Mexxej Laburista ġdid wieħed mill-kandidati prospettivi għal din il-kariga, l-avukat Robert Abela, sostna illli l-bidla toibda billi "naċċettaw li l-pajjiż m'huwiex business as usual, u li rridu nagħmlu bidliet effettivi malajr iżda b'mod kawt, li bihom terġa' tidħol it-trankwillita' u l-għaqda fil-pajjiż. Ħalli nkomplu bil-ħajja serena ta' kuljum fl-interess tal-poplu u n-negozju."

Abela sostna li għandu fiduċja qawwija li wara l-maltempata ġej bnazzi kbir, jekk naħdmu bil-għaqal. Iva, nemmen li l-isbaħ jiem għal pajjiżna jaslu ma jdumux," sostna Abela f'messaġġ ta' kuraġġ lill-Laburisti u lil ħafna mill-poplu Malti li firsi bħalissa jinsab diżilluż. 

"Bl-għajnuna tal-Maltin u Għawdxin kollha minn kull settur, bi sforz kollettiv. Biex mill-inkwiet li firidna noħolqu opportunita' li tgħaqqadna. B'umilta' lest noffri l-ftit li naf biex inkun parti minn din il-bidla, biex pajjiżna jiġi lura l-ġojjell li kien f'qasir żmien," sostna Abela dalgħodu. 

Dan il-messaġġ jiġi wara ieħor ilbieraħ illi fih qal li fil-mumenti tal-biża, xtaq jagħi kuraġġ. "Biex il-karba li ili nxerred sabiex nibżgħu għall-Laburisti tasal. Biex il-Partit Laburista jerġa' lura għand in-nies ġenwini tagħna. Nista' noffri biss li din il-ħidma nkompliha b'sinċerita' u umilta', fir-rwol li n-nies jaraw li jgħodd għalija. Bla kompromessi mal-kuxjenza. Hekk Alla Jgħinni."

Abela huwa iben il-President Emeritus George Abela li kien ukoll kontestant f'tiġrija għat-tmexxija tal-Partit Laburista, liema tiġrija kien rebaħ Joseph Muscat

More in Politika