Elezzjoni PL | 'Xejn m'hu se jżommni milli nagħmel dak kollu possibbli, biex flimkien nibqgħu nirnexxu'

Ian Borg jindika li se jkun qed joħroġ għat-tiġrija għal Mexxej Laburista ġdid

Il-Ministru Borg waqt il-Konferenza fi Triq it-Torri, Tas Sliema
Il-Ministru Borg waqt il-Konferenza fi Triq it-Torri, Tas Sliema

Wara l-iżviluppi tal-bieraħ, b'Miriam Dalli tgħid li mhux se tikkontesta l-elezzjoni għal Mexxej Laburista ġdid, Ian Borg u anke Robert Abela tefgħu messaġġi illi fihom għalkenmm mhumiex qed ikunu spċifiċi biżżejjed qed jindikaw li lesti illi jkunu parti minn din it-tiġrija.

Borg u Abela kienu diġa qed jissemmew għal din il-kariga minn xhur ilu flimkien ma' Dalli u d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne. 

Il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg qal illi fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin il-Partit Laburista se jieħu deċiżjonijiet importanti. "L-appoġġ kbir tagħkom huwa l-kuraġġ tiegħi. Xejn m'hu se jżommni milli nagħmel dak kollu possibbli, biex flimkien nibqgħu nirnexxu," sostna Borg.

Huwa sostna illi s-suċċessi ta' pajjiżna fis-snin li għaddew "ksibniehom bl-għaqda, bl-għaqal, bl-umiltà u bil-konvinzjoni li bis-sehem ta' kulħadd, flimkien, kapaċi nibqgħu nirnexxu.Niżgurakom li bl-istess impenn, flimkien, bħala moviment, bħala Gvern, bħala poplu, ser indawru kull sfida li għandna quddiemna f'opportunità ta' aktar ġid, aktar ġustizzja, aktar progress u aktar għaqda għall-familji kollha f'Malta u Għawdex."

More in Politika