Elezzjoni PL | 'Se naħdmu spalla ma' spalla' - Fearne dwar Miriam Dalli

Chris Fearne, kandidat prospettiv għat-tmexxija tal-Partit Laburista, jibda' jikkarga l-kampanja

Id-Deputat Mexxej Laburista Chris Fearne
Id-Deputat Mexxej Laburista Chris Fearne

Il-Ministru tas-Saħħa u Deputat Prim Ministru Chris Fearne, kandidat propsettiv għat-tmexxija tal-Partit Laburista bagħat messaġġ pożittiv lil Miriam Dalli u wiegħed li se jibqa' jaħdem spalla ma' spalla magħha. 

"Ċert li ser inkomplu naħdmu spalla ma' spalla biex inkomplu nibnu fuq is-suċċess li wettaqna. Miriam għandha ħafna x'tikkontribwixxi lil dan il-partit, illum u fis-snin li ġejjin. Inħarsu 'l quddiem flimkien," qal Fearne. 

Fearne huwa wieħed mill-favoriti biex jirbaħ tiġrija għal mexxej ġdid Laburista jekk fil-fatt ikun hemm waħda. Dan għaliex hemm ċans, għalkemm dan jista' żgħir, li Fearne joħroġ waħdu.

Fl-elezzjoni ġenerali tal-2017 huwa kiseb ftit iktar 10,000 vot, biex kien it-tielet kandidat li l-aktar kiseb voti wara l-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil u l-Prim Ministru Joseph Muscat. 

Iżda dan ma kienx l-unika suċċess ta' Fearne hekk kif fil-15 ta' Lulju 2017 f'tiġrija għal Deputat Mexxej tal-Partit Laburista kien kiseb 367 vot, ftit voti biss aktar minn Edward Scicluna li kien kiseb 348 vot. 

Flimkien ma' Fearne l-favorita kienet Miriam Dalli, li iżda iktar kmieni ħabbret li mhux se tkun qed tikkontesta għal din il-kariga. 

More in Politika