Il-President tal-Partit Laburista jwissi 'tattendux u torganizzawx attivitajiet'

Minkejja dan illejla fis-7 p.m xorta se jinżlu n-nies Mile End il-Ħamrun

Daniel Josè Micallef, President tal-Partit Laburista
Daniel Josè Micallef, President tal-Partit Laburista

Il-President tal-Partit Laburista Daniel Josè Micallef għamel twissija u appell fl-istess ħin lill-partitarji tal-Partit Laburista biex ma jmorrux attivitajiet li mhumiex organizzati mill-partit.

F'kumment fuq il-paġa ta' Facebook tal-attività pjanata għall-lejla, minn grupp ta' ativisti, Micallef sostna illi "fil-jiem li ġejjin ħadd m’għandu jattendi jew jorganizza attivitajiet spontanji."

Hu sostna illi b’dan il-mod wieħed iżomm l-ordni b’mod aħjar.

"Għalhekk, il-Partit Laburista se jkun qed jorganizza sensiela ta’ laqgħat mal-Prim Ministru. Kulħadd għandu jistenna d-dettalji ta’ dawn l-attivitajiet. Ħadd m’għandu jmur il-Belt, jew postijiet oħra."

L-organizzaturi qed jisħqu li din mhux attività ta' partit imma waħda nazzjonali u dawk li se jmorru intalbu jiħdu l-bnadar ta' Malta. 

More in Politika