Delegazzjoni tal-PE tasal Malta għada u se tiltaqa' mal-Prim Ministru

Roberta Metsola u Sven Giegold huma fost l-Ewroparlamentari

Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew se tkun qed tasal Malta fis-sigħat li ġejjin biex bejn għada u l-Erbgħa tiltaqa’ ma’ diversi awtoritajiet b’rabta mal-aħħar żviluppi dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Id-delegazzjoni se tkun magħmula mill-Ewroparlamentari:

  • Roberta Metsola
  • Birgit Sippel
  • Sophie In ‘T Veld
  • Sven Giegold
  • Nicolaus est
  • Assita Kanko
  • Stelios Kouloglou

Id-delegazzjoni se tkun qed tiltaqa’ mal-Prim Ministru Joseph Muscat u mal-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici, mal-President George Vella, mal-Avukat Ġenerali Peter Grech, l-Ispeaker Anġlu Farrugia, il-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar u anke mal-Kamra tal-Avukati.

Se jiltaqgħu wkoll mal-familja ta’ Daphne Caruana Galizia u mas-soċjetà ċivili.

More in Politika