Avukat jiddeċiedi li ma jibqax jassisti lil Keith Schembri

Dan fil-libell li Keith Schembri kien fetaħ kontra l-ġurnal The Malta Independent

Avukat li qed jidher għal Keith Schembri fil-każ tal-libell li fetaħ kontra l-ġurnal The Malta Independent, għażel li ma jkomplix jassisti lill-eks Chief of Staff.

L-Avukat informa bid-deċiżjoni lill-Maġistrat Victor Axiaq hekk kif kompla jinstema’ l-każ li Schembri fetaħ dwar artiklu ppubblikat u li kien jisħaq li l-eks Chief of Staff trasferixxa $750,000 lill-kumpanija Colson fil-British Virgin Islands fl-2014.

Is-smigħ tal-lum fil-fatt kien ikkanċellat bi Schembri ma jitlax il-Qorti.

L-Avukat Andrew Sciberras wasal ħames minuti wara li beda s-smigħ u meta kien imissu jitkellem, informa lill-Qorti li ma kienx se jibqa’ jassisti lil Schembri.

L-Avukat Peter Fenech, min-naħa tiegħu, qal li se jkun qed jistenna sas-seduta li jmiss biex jara jekk Schembri hux se jingaġġa avukat ieħor. Jekk le, il-każ ikompli.

Il-każ ikompli fis-27 ta’ Jannar.

More in Politika