'Il-PM ikollu jitlaq u jitlaq issa bilfors' - Saviour Balzan

Saviour Balzan jinsisti li Keith Schembri jew kien jaf bil-qtil ta' Daphne jew kien fiċ-ċentru tiegħu...

L-Editur Maniġerjali tal-Mediatoday Saviour Balzan sostna illi Muscat jeħtieġ jitlaq u jagħmel dan kemm jista' jkun malajr. "M'hemm l-ebda mod sabiħ kif nista' ngħidha din imma Muscat ikollu jirriżenja bilfors. Dak li hemm bżonn bħalissa huwa par idejn sodi li jippermettu illi jerġa jkollna sens ta' normalità." 

Balzan, ħafna drabi fil-mira ta' attivisti Nazzjonalisti u ta' Daphne Caruana Galizia nnifisha, sostna f'artiklu fuq il-Maltatoday illi ċ-Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri nganna lill-kollegi tiegħu u tant oħrajn , "meta kien jaf x'inhu jiġri."

Imma agħar minn hekk huwa akkuża lil Keith Schembri illi uża l-pożizzjoni ta' poter tiegħu biex jiddevja mill-attenzjoni. Dan qabel għamel l-aktar akkuża serja fl-artiklu tiegħu. "Raġuni waħda biss nista' nimmaġina għal din il-kollużjoni: li kien jaf jew inkella kien fiċ-ċentru ta' dan l-att kriminali moqżież.".

Hu kien qed jagħmel referenza għall-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. 

Balzan kompla jgħid li l-kariżma kollha ta' Schembri kienet ingann u qal illi kien Schembri li dawwar it-teorija illi Caruana Galizia inqatlet  minħabba stejjer dwar kuntrabandu taż-żejt. Huwa qal illi l-fatt li Muscat ma ġiegħelx lil Schembri jirriżenja meta kien żvelat illi 17 Black hija ta' Yorgen Fenech u lanqas talab li jkun investigat, "iktar qajjem mistoqsijiet milli ta tweġibiet." 

More in Politika