Ritratti: Eluf jinżlu l-Belt Valletta biex jitolbu għar-riżenja immedjata ta' Joseph Muscat

Muscat se jibqa' Prim Ministru sa Jannar li ġej meta l-Partit Laburista jkollu mexxej ġdid

Eluf ta' persuni wieġbu għas-sejħa ta' Repubblika u Occupy Justice u niżlu l-Belt Valletta għall-protesta li qed issejjaħ għar-riżenja immedjata tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

Illum, wara laqgħa tal-Grupp Parlamentari Laburista, ġie kkonfermat dak li rrapporta s-sit illum.com.mt jumejn ilu, jiġifieri li Muscat se jibqa' Prim Ministru sa Jannar li ġej, sakemm il-Partit Laburista jkollu mexxej ġdid.

'Mafja,' 'Marmalja,' 'Kompliċi' - L-għajta tad-dimostranti
'Mafja,' 'Marmalja,' 'Kompliċi' - L-għajta tad-dimostranti
'Mafja,' 'Marmalja,' 'Kompliċi' - L-għajta tad-dimostranti
'Mafja,' 'Marmalja,' 'Kompliċi' - L-għajta tad-dimostranti

F'ġimgħa u nofs, it-tmexxija ta' Joseph Muscat spiċċat fi kriżi wara l-arrest ta' Yorgen Fenech, is-sid tal-kumpanija 17 Black, eks direttur ta' Electrogas u li issa ġie akkużat bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Il-familja ta' Daphne preżenti għall-protesta
Il-familja ta' Daphne preżenti għall-protesta
Il-familja ta' Daphne preżenti għall-protesta
Il-familja ta' Daphne preżenti għall-protesta

L-arrest ta' Fenech wassal għar-riżenja taċ-Chief of Staff Keith Schembri, li għal xi ħin, tul din il-ġimgħa, kien ukoll taħt arrest. Yorgen Fenech għadu qed jisħaq li għandu recordings li jimplikaw lil Schembri fil-qtil ta' Daphne. 

Irriżenja wkoll il-Ministru Konrad Mizzi u dan wara li l-kumpanija tiegħu fil-Panama u anke dik ta' Schembri, kienu 'target clients' tal-kumpanija 17 Black.

Dun David Muscat ukoll sab ħin biex jattendi d-dimostrazzjoni
Dun David Muscat ukoll sab ħin biex jattendi d-dimostrazzjoni

Dan kollu wassal biex kibret il-pressjoni fuq Muscat biex anke hu jirriżenja immedjatament.

Il-Partit Nazzjonalista ngħaqad mal-protesta tal-lum li mxiet minn Bieb il-Belt sa quddiem il-Qorti, fejn dwiet il-kanzunetta ta' Marco Masini, 'Vaffanculo'

Deputati tal-Oppożizzjoni fost id-dimostranti
Deputati tal-Oppożizzjoni fost id-dimostranti

More in Politika