'X'raġuni iktar trid biex titlaq jekk mhux li rikattat mill-kriminali, kif għidt inti stess?' - Delia

Ilejla folla kbira ta' nies tattendi għall-protesta quddiem Kastilja

Uħud minn dawk li kienu fil-folla | Ritratt James Bianhci
Uħud minn dawk li kienu fil-folla | Ritratt James Bianhci

Meta kien qed jitkellem illejla fi Pjazza Kastilja quddiem folla nies kontinwament tgħajjat u ċċapċap l-attivist ta' Repubblika Manuel Delia sostna li r-rilaxx ta' Keith Schembri mill-arrest "huwa l-agħar skandlu fl-istorja ta' pajjiżna." Huwa kompla jirrikonoxxi li huwa minnu illi l-ħtija ma ssibhiex fil-pjazza, "imma xi ħadd irid jarrestahom, iressaqhom u xi ħadd irid jipproċessahom biex issir il-ġustizzja." 

"Din ma terġax tiġri," wissa Delia li qal illi ħadd mhu qed jippretendi li min jidħol fil-politika jkun perfett, "imma jkollu jdejh nodfa, mani pulite, li jiggverna fl-interess tal-pajjiż, mhux ta' butu."

Filwaqt li għamel referenza għall-fatt li Muscat jidher li se jitlaq, Delia qal li Muscat hemm bżonn jiltaq llum qabel għada biex, skontu, ma jitħallhiex ikompli jaħbi xturu.  

Filwaqt li qal li Repubblika ma taqbeż għall-ebda kriminal sostna illi meta "naraw lill-Prim Ministru jiddeċiedi lil min jista' jaħfer jew le, kif se nserrħu rasna li tista' ssir ġustizzja? Illum, Muscat qal li Fenech kien irrakattah. U allura xi prova iktar ried Muscat li kellu jitlaq jekk mhux il-fatt li kien irrikattat minn kriminali?"

F'indirizz lill-folla preżenti l-Kap Eżekuttuv tal-UĦM Voice of the Workers Josef Vella sostna illi l-Gvern għaddej minn kriżi għall-oħra u fakkar fil-fatt illi dalgħodu l-Qorti poġġiet Ministru u żewġ eks Ministri taħt investigazzjoni kriminali fuq il-ftehm tal-VGH. 

More in Politika