Yorgen Fenech jerġa jgħid li għandu rekordings li jimplikaw lil Keith Schembri

Sid 17 Black jibqa' jisħaq li għandu l-provi kontra Keith Schembri u li hemm ritratti li juru lil Schembri ma' Melvin Theuma f'Kastilja

Yorgen Fenech imdawwar bil-ġurnalisti
Yorgen Fenech imdawwar bil-ġurnalisti

Yorgen Fenech qal illi għandu rekordings u kuntratt li qed jimplika illi Keith Schembri kien imdaħħal fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Hu qal li hemm ukoll ritratt tal-intermedjarju Melvin Theuma, li ngħata maħfra presidenzjali fl-uffiċċju ta' Keith Schembri f'Kastilja.

Dan irriżulta mill-proċeduri tal-Qorti dwar it-talba ta' Fenech biex l-ispettur Keith Arnaud jitneħħa mill-każ. Fenech qed jargumenta li Arnaud huwa wisq qrib ta' Schembri. 

Ilbieraħ Fenech bagħat ittra lill-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar jistaqsih ineħħi lil Arnaud, talba li l-Kummissarju m'aċċettax.

More in Politika