Il-Partit Laburista jikkanċella l-mass meeting ta' nhar il-Ħadd li ġej

Hekk kif jidher li se jseħħu żviluppi kbar fil-Gvern il-PL jikkanċella l-mass meeting ta' Nhar il-Ħadd.

Mass meeting fl-2013, l-elezzjoni li rat lil Muscat jitla' fil-Gvern
Mass meeting fl-2013, l-elezzjoni li rat lil Muscat jitla' fil-Gvern

Il-Partit Laburista kkanċella l-mass meeting li kien ilu jirriklama għall-aħħar jiem u li suppost kien se jsir biex jagħti kuraġġ u appoġġ lill-Mexxej Laburista Joseph Muscat. 

Ikkonfermaw dan organizzaturi tal-istess attività, filwaqt li fuq il-Facebook din l-attivtà kienet ikkanċellata. 

Dan qed iseħħ wara l-aħbar li ġriet bħal leħħa ta' berqa li Muscat se jkun qed iħabbar ir-riżenja minn Prim Ministru u Mexxej Laburista, biex fil-bidu tas-sena l-partit ikollu mexxej ġdid u l-pajjiż ikollu Prim Ministru ġdid. 

More in Politika