L-MEA titlob laqgħa urġenti tal-MCESD biex tkun diskussa 'l-kriżi politika u morali'

Il-MEA appellat biex il-pajjiż imur lura għan-normal anke jekk dan ifisser deċiżjonijiet diffċli.

L-Assoċjazzjoni Maltija ta' Min Iħaddem (MEA) qed titlob li toħroġ rikjesta biex l-MCESD jissospendi l-aġenda tiegħu u jsejjaħ laqgħa urġenti li tiddiskuti dik li l-MEA qed issejjaħ bħala "kriżi politika, reputazzjonali u morali."

L-Assoċjazzjoni sostniet illi dawn l-avvenimenti kollha fl-aħħar jiem, inkluż il-fatt li dalgħodu żewġ eks Ministri se jkunu investigati kriminalment fuq il-ftehim mal-VGH, jistgħu jkollhom riperkussjonijiet serji ħafna fuq is-soċjetà Maltija. 

Il-MEA appellat biex il-pajjiż imur lura għan-normal anke jekk dan ifisser deċiżjonijiet diffiċli. Finalment l-assoċjazzjoni għamlet referenza għall-inċident tal-bieraħ fejn ġurnalisti, wara seba' sigħat ta' stennija, issakkru fil-kamra fejn saret il-Konferenza tal-Aħbarijiet b'membru tas-sigurtà li qatt ma deher Kastilja qabel. 

"Din ix-xena kienet diżgustanti u titraddixxi l-kredenzjali demokratiċi tagħna," sostniet il-MEA.

More in Politika