Delegazzjoni mill-Parlament Ewropew se tasal Malta l-ġimgħa d-dieħla

F'Diċembru se jkun qiegħed isir ukoll dibatittu dwar is-sitwazzjoni politika f'Malta

Il-Parlament Ewropew ikkonferma deċiżjoni biex il-ġimgħa d-dieħla tintbagħat Malta delegazzjoni biex tinvestiga s-sitwazzjoni politika fil-pajjiż.

Apparti minn hekk, approva wkoll dibattitu dwar is-sitwazzjoni f’Malta, liema dibattitu mistenni jsir f’Diċembru.

Fuq Facebook, l-Ewroparlamentari David Casa saħaq li s-Soċjalisti, il-grupp li miegħu huwa affiljat il-Partit Laburista, ukoll qabel mad-deċiżjoni.

“Il-pożizzjoni tal-Prim Ministru mhijiex aktar tenibbli. Dan huwa ċar għal kulħadd,” saħaq Casa.

More in Politika