'J'Alla jieħdu dak li ħaqqhom' ... Pullicino Orlando jirringrazzja lil Daphne

Pullicino Orlando kien wieħed mill-aktar persuni voċiferi li kkritika lil Daphne Caruana Galizia

L-eks Deputat Jeffrey Pullicino Orlando u wieħed mill-aktar persuni kritiċi ta’ Daphne Caruana Galizia kiteb fuq Facebook biex jirringrazzjaha għall-kuraġġ u d-determinazzjoni tagħha biex kixfet il-verità.

Filwaqt li kkritikaha għall-fatt li xi drabi kitbet biss dwar għajdut, Pullicino Orlando faħħarha għal fatt li fi kliemu “kixfet lil dawk li kienu qed jużaw il-kuntatti u l-pożizzjonijiet tagħhom biex jinsġu xibka ta’ korruzzjoni li ġiegħlet lill-pajjiż jistħi.”

“J’Alla jieħdu dak li ħaqqhom,” kiteb Pullicino Orlando.

Insista li meta Daphne kitbet affarijiet li mhux minnhom, fi kliemu, fuq ħafna persuni, diversi kienu dawk li ma emmnuhiex meta kitbet il-verità.

‘J’Alla tistrieħ fis-sliem,” temm Pullicino Orlando.

More in Politika