'Inti tlift il-leġittimità' - L-Oppożizzjoni titlaq 'il barra mill-Parlament

L-Oppożizzjoni terġa titlaq 'il barra mill-Parlament għax tgħid li l-Gvern mhux jirrikonoxxi s-sitwazzjoni tal-pajjiż

Ilejla d-Deputati Nazzjonalisti reġgħu telqu 'l barra mill-Parlament wara li l-Kap tal-Oppożizzjoni qal li Muscat mhux qed jirrikonoxxi s-serjetà tas-sitwazzjoni fil-pajjiż waqt li saħaq illi l-istess Gvern tilef il-leġittimità tiegħu. 

Dan seħħ waqt bidu ta' seduta storbjuża fil-Parlament li spiċċat bl-Oppożizzjoni titlaq 'l barra fost għajjat u botti. Baqgħu biss mill-Opożizzjoni, Marlene Farrugia u Godfrey Farrugia. 

Il-Prim Ministru Joseph Muscat sostna illi jekk iridu jirriżenja għandu l-mezzi kollha biex jagħmel dan inkluż, li jsejjaħ vot ta' sfiduċja fih. D

Delia wieġeb li se jkun qed jerfa' rresponsabilità kollha li tagħtih il-liġi filwaqt li akkuża lill-PM li bagħat messaġġ illi min jikser il-liġi, f'dan il-pajjiż ikun irringrazzjat, f'referenza għall-kummenti ta' Muscat wara li rriżenja Keith Schembri. 

B'ton pjuttost irrabbjat, Muscat wieġeb lil Delia li s'issa ħadd ma ġie akkużat b'assassinjU.

More in Politika