'Is-saltna tad-dritt għandha tirrenja' - MHRA

L-MHRA tisħaq li Malta trid turi d-dinja kemm temmen fis-saltna ta-dritt

Il-PM Joseph Muscat u l-Ministru Konrad Mizzi
Il-PM Joseph Muscat u l-Ministru Konrad Mizzi

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukanda u r-Ristoranti (MHRA) ħarġet stqarrija fuq is-sitwazzjonil li tinsab fiha Malta bħalissa.

L-MHRA qalet li: “Dawn huma żminijiet bla preċedent u ta’ sfida għal pajjiżna u għandhom jiġu indirizzati b'deċiżjonijiet f’waqthom." Kompliet tappella għal aktar għaqda nazzjonali.

Iddikjaraw ukoll li: “Dan hu mument tal-verità, u bħalissa iktar minn qatt qabel għandna niffukaw biex nassiguraw li l-ġustizzja tkun minn fuq fis-soċjeta tagħna”.

Ikkonkludew b’dikjarazzjoni li :“Avolja dan hu mument ta’ xokk għal Malta, dan hu mument fejn Malta tista' turi li hi temmen fis-saltna tad-dritt. Għadna bżonn ningħaqdu u nerfgħu r-responsabbiltà bejnietna għall-azzjoni, jew in-nuqqas ta’ azzjoni. Għanda nħallu s-saltna tad-dritt tiddetta kif għandna nimxu 'l quddiem”.

More in Politika