'L-ebda tfittxija ... l-ebda investigazzjoni' - Chris Cardona u James Piscopo

Kemm Chris Cardona u anke James Piscopo kitbu jiċħdu r-rapporti

Il-Ministru sospiż Chris Cardona u ċ-Chairperson ta' ARMS James Piscopo, ċaħdu rapporti li dehru fuq xi siti tal-aħbarijiet li kien hemm tfittxija fir-residenzi taż-żewġ persuni.

Is-sit illum.com.mt mar fuq is-sit, quddiem ir-residenza ta' Chris Cardona iżda ma kien hemm l-ebda preżenza ta' Pulizija.

Aktar tard, fuq Facebook, Chris Cardona kiteb biex jisħaq li dak irrappurtat mhuwiex minnu.

L-istess għamel James Piscopo, fejn saħaq li lanqas ir-ritratti ppubblikati ma huma quddiem ir-residenza tiegħu.

More in Politika