'Bħalma ħaddiem jiġi sospiż meta jonqos, hekk għandhom jagħmlu Ministru u Chief of Staff' - UĦM

'Stand up to be counted' - L-appell tal-UĦM lid-Deputati, lill-istituzzjonijiet, lill-korpi kostitwiti u lill-ħaddiema u l-poplu kollu

 

Il-UĦM Voice of the Workers ukoll ingħaqdet ma’ dawk li qed isejħu għar-riżenja tal-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri.

Fi stqarrija, il-unjin kienet ċara: “Il-UĦM tistenna li kif ħaddiem jiġi sospiż f’ċirkostanti li jkun hemm suspett ċar ta’ nuqqas min-naħa tiegħu, allura bl-istess mod Ministru u Chief of Staff tal-Prim Ministru għandhom ikunu ta’ eżempju għal ħaddieħor billi jirriżenjaw, jew tal-inqas, jissospendu ruħhom sakemm irrid l-investigazzjoni xierqa.”

L-istqarrija tal-unjin ħarġet ftit wara l-appell ċar tal-Ministru Evarist Bartolo li miegħu qablu esponenti oħra tal-Partit Laburista, inkluż Cyrus Engerer.

Il-UĦM qed tappellaw koll biex jitlaqqa’ l-Parlament biex b’mod urġenti ssir diskussjoni dwar is-sitwazzjoni twassal żewġ appelli:

  • Stand up to be counted.... Membri Parlamentari ta’ rieda tajba li jġibu l- interess nazzjonali l-ewwel u qabel kollox;
  • Stand up to be counted....lill-istituzzjonijiet nazzjonali biex bla biża’ ufavuri jaqdu dmirijiethom fl-interess nazzjonali;
  • Stand up to be counted....lill-korpi kostitwiti sabiex isemmgħu leħinhom fl-interess nazzjonali għan-nom tal-membri tagħhom; 

Ittemm l-appell tagħha biex anke l-ħaddiema u l-poplu jingħaqad u jġibu l-ewwel u qabel kollox il-pajjiż u biex il-protesti jsiru b’mod paċifiku.

More in Politika