Yorgen Fenech lura id-depot wara li jinħareġ mill-Isptar

Yorgen Fenech lura d-depot wara li jinħareġ mill-isptar

Ftit tal-ħin ilu Yorgen Fenech reġa ttieħed id-depot, fejn qed jerġa jiffaċċja mistoqsijiet mill-Pulizija. 

Fenech ilbieraħ ittieħed l-isptar u l-pulizija ħabbret illi l-interrogazzjoni se tieqaf għal 24 siegħa, hekk kif ilmenta b'uġigħ f'sidru. Fil-fatt m'għaddewx ħafna iktar minn dawn is-sigħat  biex Fenech reġa ddaħħal d-depot. 

Fenech huwa sid il-kumpanija 17 Black li kienet target client tal-kumpaniji fil-Panama ta' Keith Schembri u Konrad Mizzi, Tillgate u Hearnville rispettivament. Huwa kien ukoll wieħed mid-Diretturi tal-kumpanija Electrogas li rebħet it-tender biex tibni u topera l-Power Station l-ġdida f'Delimara. Hu kien parti minn GEM Holdings li maqsuma bejnu u Gasan, kif ukoll Paul Apap Bologna, Ma' dawn, is-sidien l-oħrajn ta' Eletrogas huma Siemens u l-kumpanija statali tal-enerġija fl-Ażerbajġan. 

Matul iż-żmien ħarġu diversi stejjer dwar l-Electrogas u huwa mifhum li Daphne Caruana Galizia kellha numru kbir ta' messaġġi b'emails fir-rigward tal-Electrogas. Din il-kumpanija spiċċat ukoll f'nofs kontroversja hekk kif kien allegat illi l-aġent tat-tanker tal-gass kif ukoll xi ħadd mill-Ażerbajġan kienu għaddew $1.6 miljun f'17 Black. 

(Din l-istorja se tkun aġġornata mtul is-sigħat li ġejjin)

More in Politika