L-IĠM jissospendi liż-żewġ rappreżentanti tiegħu fil-Fondazzjoni Tumas Fenech

L-IĠM jissospendi l-preżena tiegħu fil-Fondazzjoni Tumas minħabba l-arrest ta' Yorgen Fenech

Il-Kunsill tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin informa lill-Fondazzjoni Tumas Fenech għall-Edukazzjoni fil-Ġurnaliżmu li qed jissospendi liż-żewġ rappreżentanti tiegħu mill-Bord tat-Trustess tal-istess Fondazzjoni.

Fi stqarrija l-IĠM qal li jħoss li fid-dawl tal-aħħar żviluppi li seħħew fil-pajjiż, "fejn membru prominenti tal-familja li tiffininazja din il-Fondazzjoni, kien arrestat b’konnessjoni mal-investigazzjonijiet tal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, ma għandux jibqa’ assoċjat mal-imsemmija Fondazzjoni."

L-IĠM qal illi dan qed iseħħ sakemm isem Yorgen Fenech jibqa’ taħt id-dell li ntefa’ fuqu bl-arrest tiegħu mill-pulizija. 

More in Politika