Repubblika se terġa tniżżel n-nies fit-toroq tal-Belt għada filgħaxija

Friski minn protesta li saret ostili lbieraħ, Repubblika tħabbar li għada se terġa tniżżel lin-nies fit-toroq

Il-protesta tal-bieraħ qabel ma saret ostili | Ritratt James Bianchi
Il-protesta tal-bieraħ qabel ma saret ostili | Ritratt James Bianchi

Repubblika, għadha kif ħabbret illi għada se terġa tinżel fit-toroq tal-Belt Valletta għada filgħaxija. 

F'messaġġ qasir Repubblika sostniet li Joseph Muscat "għandu responsabbiltà politika ċara. Kieku keċċa lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi meta l-Panama Papers ikkonfermaw ir-rappurtaġġ ta’ Daphne Caruana Galizia li dawn it-tnejn kienu fetħu kumpaniji sigrieti fil-Panama, kieku Daphne Caruana Galizia kienet tkun ħajja llum."

Ilbieraħ saret l-ewwel protesta li bdiet quddiem Kastilja b'messaġġ minn Manuel Delia u kompliet quddiem il-Parlament fejn il-folla saret ostili ħafna lejn Deputati tal-Gvern u saħansitra mblukkaw il-karozza ta' Owen Bonnici. Il-karozza bil-Ministru fih kellha tgħaddi bil-mod mill-folla rrabjata, għat-tgħajjir ta' 'korrot' uj 'demel'. 

Repubblika sostniet li Muscat ħonoq is-saltna tad-dritt ui allegat li dawn "qatlu ġurnalista biex jevitaw il-ħabs."

More in Politika