'L-iskandlu ma jistax ikompli jikber' - Manfred Weber

Il-Kap Eżekuttiv tal-PPE jitkellem fuq is-sitwazzjoni politika f’Malta wara l-arrest ta' Yorgen Fenech 

Iċ-chairman tal-EPP Manfred Weber | ritratt: James Bianchi
Iċ-chairman tal-EPP Manfred Weber | ritratt: James Bianchi

Illum, fil-Kungress tal-Partit Popolari Ewropew (PPE) f’Żagreb, il-Kap Eżekuttiv Manfred Weber qal li l-iskandlu tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ma jistax ikompli jikber. Qal ukoll li biex ikun hemm ġustizzja, trid tittieħed azzjoni politika immedjetament. “Kellimt lill-Kap tal-PN, Adrian Delia, biex intenni l-appoġġ tiegħi fil-partit, kif ukoll fis-soċjetà ċivili, fl-għajta tagħhom għar- responsibilità tal-politiċi.”

Weber ikkonkluda b’dikjarazzjoni li l-grupp tal PPE se tkompli tissorvelja is-sitwazzjoni f’Malta.

More in Politika