Ftit sigħat wara li jiġi arrestat, titħabbar ir-riżenja ta’ Fenech minn Tumas Investment

Ftit wara li kien arrestat titħabbar b'mod uffiċjali r-riżenja ta' Yorgen Fenech minn direttur ta' Tumas Investment

Yorgen Fenech, sid ta' 17 Black
Yorgen Fenech, sid ta' 17 Black

Illum, f’stqarrija l-kumpanija Tumas Investments plc., ħabbret li d-direttur tagħha Yorgen Fench, rriżenja mil-pożizzjoni tiegħu fit-12 ta’ Novembru. Madankollu, uffiċjalment, ir-riżenja tiegħu ġiet mħabbra llum, sigħat wara li l-istess Fenech kien arrestat.

F’Novembru 2018, il-grupp ta’ ġurnalisti li jiffurmaw il-Proġett Daphne kienu żvelaw li d-Direttur tal-Electrogas kif ukoll il-Kap Eżekuttiv tal-grupp Tumas Yorgen Fenech, kien is-sid tal-kumpanija 17 Black. Huma kien żvelaw ukoll li 17 Black kienet allegatament waħda mis-sorsi tal-flus għal kumpaniji Hearnville u Tillgate. Dalgħodu, Yorgen Fenech ġie arrestat mill-Forzi Armati ta’ Malta minħabba il-konnessjoni tiegħu mal-investigazzjoni fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Il-bord tal-kumpanija tibqa’ tikkonsisti mid-diretturi Raymond Fenech, Ray Sladden, Michael Grech, Kevin Catania, u John Zarb.

More in Politika