'L-informazzjoni li għandi sal-lum hija li Konrad Mizzi u Keith Schembri mhumiex implikati'

Il-PM Muscat jgħid illi hemm bżonn il-prudenza fis-sigħat u l-ġranet li ġejjin 

(Arkivji)
(Arkivji)

Il-Prim Ministru Joseph Muscat fl-ewwel reazzjoni tiegħu għal dak li ġara dalgħodu bl-arrest tan-negozjant Yorgen Fenech, sostna illi sal-lum l-informazzjoni li għandu hija li la Keith Schembri, la Konrad Mizzi u la ebda politiku mhu implikat fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Huwa kien qed iwieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti, li staqsew jekk fid-dawl ta' negozju li allegatament sar bejn Fenech u Keith Schembri kif ukoll Konrad Mizzi, hux se jitlob ir-riżenja tagħhom.

Muscat, għal diversi drabi iżda sostna illi jrid ikun prudenti u li mhu qed jgħid xejn li huwa fiċ-ċert. Qal ukoll illi ma jrid jgħid xejn li jippreġudika l-każ. "Fil-ġranet u fis-sigħat li ġejjin hemm bżonn inżommu l-prudenza," qal Joseph Muscat. 

Minkejja dan, Muscat deher ħerqan biex, skontu "inneħħi ż-żrar kollu miż-żarbun. Imma illum irrid nistaqsi jekk dak li se ngħid hux se jgħin biex jingħalaq il-każ jew le," qal Muscat għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti. "Nistenna ftit ieħor u nżomm ġo fija ftit ieħor qaBel nesprimi ruħi," qal Muscat

Muscat fl-ebda punt ma ċaħad iżda illi Fenech qed jinżamm mill-pulizija għax jista' jkun persuna ta' interess fil-każ tal-qtil ta' Daphyne Caruana Galizia. 

Kif beda kollox fuq 17 Black? 

  • F’Diċembru tal-2015 – Nexia BT tipprova tiftaħ kontijiet bankarji fil-Bahamas għal Tillgate u Hearnville​
  • Caruana Galizia tiżvela li Tillgate u Hearnville huma kumpaniji fil-Panama tal-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff Keith Schembri
  • Email mibgħuta minn Carl Cini ta' Nexia BT tgħid li dawn il-kumpaniji se jiġġeneraw $2 miljun f’sena

 

Minn fejn kellhom jaslu l-flus?

  • Mingħand il-kumpaniji 17 Black Macbridge
  • Ftit xhur qabel, 17 Black irċeviet $1.6 miljun

 

Mingħand min?

  • $200,000 mingħand l-aġent lokali tat-tanker tal-LNG
  • $1.4 miljun mingħand il-kumpanija Mayor Trans li s-sid tagħha hu mill-Ażerbajġan
  • Fi Frar tal-2016 - jieqfu t-tentattivi biex jinfetħu l-kontijiet – Daphne ssemmi għall-ewwel darba l-kumpaniji

 

X'qalu Keith u Konrad? 

Aktar tard Keith Schembri joħroġ stqarrija u fiha jikteb hekk:

"17 Black and MacBridge were included in draft business plans for my business group as potential clients.
My companies make dozens of business plans such as these. However, it is a fact that neither 17 Black nor MacBridge ever became clients of my business group, and no transactions were ever recorded with these companies, or with me personally.
I have no knowledge of the transfers referred to, nor any knowledge of the alleged payment."
Dan ifisser li Keith Schembri qed jirrikonoxxi li kien jaf bl-eżistenza ta' 17 Black.

Konrad Mizzi jiċħad ukoll
Meta mistoqsi mill-Proġett Daphne, Konrad Mizzi qal li ma kien hemm l-ebda rabta bejn il-kumpaniji, it-trust u l-kumpanija 17 Black. Kelliem insista ma’ dak li dejjem qal il-Ministru Mizzi, jiġifieri li Hearnville qatt ma kellha kont bankarju u li qatt ma rċeviet flus mingħand ħadd.

Min jifforma l-Proġett Daphne?
Konsorzju ta' 18-il kamra tal-aħbarijiet internazzjonali, fosthom Reuters, La Monde, La Repubblika, in-New York Times u The Guardian, ingħaqdu fi Proġett Daphne, bl-għan li jkompli dak li bdiet il-ġurnalista Daphne Carauana Galizia.

Galizia nqatlet b'bomba f'karozza fis-16 ta' Ottubru li għadda.

X'kien żvelat l-aħħar?

  1. Din il-ġimgħa ġie żvelat l-allegat sid ta’ 17 Black. Yorgen Fenech, direttur tal-kumpanija Electrogas li bniet u qed tmexxi l-power station.
  2. Jirriżulta li l-każ qed ikun investigat lokalment bir-rapport tal-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) ikun għand il-Pulizija seba’ xhur ilu.
  3. F’Ġunju 17, Black fetħet kont  f’Noor Bank f’Dubaj.
  4. F’Marzu 2017, 17 Black bidlulha isimha għal Wings Development u dan wara li l-kumpanija ssemmiet fil-blog ta’ Daphne Caruana Galizia.
  5. F’email mibgħuta lil Mossack Fonseca, allegatament intqal minn Nexia BT li dawn jinsabu fil-proċess li jiftħu kont tal-bank f’Dubaj għal żewġ kumpaniji fil-Panama. Nexia BT fetħet iż-żewġ kumpaniji fil-Panama: ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi
  6. Keith Schembri u Konrad Mizzi dejjem ċaħdu allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni u ħasil ta’ flus.

More in Politika