Joħorġu l-Ministri minn Kastilja u jintalbu jwieġbu: Taqblu mal-maħfra Presidenzjali?

Il-Prim Ministru qal li ħa deċiżjoni biex tingħata l-maħfra presidenzjali mingħajr konsultazzjoni għax qal li għandu jerfa' responsabilità waħdu

Il-Ministru Chris Cardona jwieġeb...
Il-Ministru Chris Cardona jwieġeb...

Huma u ħerġin mill-laqgħa tal-Kabinett dalgħodu l-Ministri tal-Gvern kienu mistoqsijin dwar il-maħfra Presidenzjali li dalgħodu wkoll il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li lest li jagħti lill-intermedjarju fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Muscat qal li ħa din id-deċiżjoni waħdu, jiġifieri ma kinitx deċiżjoni diskussa jew deċiża fil-Kabinett. "Nemmen li anke minħabba preċedenti oħra li kien hemm fil-każi ta' maħfriet Presidenzjali, li għandi nerfa' din ir-responsabbilità waħdi," insista Muscat.

Huma u ħerġin il-Ministri kienu mistoqsijin x'jaħsbu dwar din il-maħfra u jekk iħossux li huwa sew li din ma kinitx diskussa mal-Kabinett. 

Il-Ministri kollha wrew l-appoġġ tagħhom għall-maħfra

More in Politika