Jitnieda l-proċess għar-rifużjoni tal-ispejjeż għall-Għawdxin li nqabdu Malta waqt il-maltemp

L-applikazzjonijiet, flimkien mad-dokumenti relevanti, għandhom jiġu sottomessi sa nhar l-Erbgħa, 27 ta’ Novembru 2019 fil-5:00pm

Il-Ministeru għal Għawdex nieda l-proċess biex dawk kollha li ma setgħux jaqsmu bejn Malta u Għawdex minħabba l-maltemp tal-ġimgħa d-dieħla jieħdu rifużjoni.

Fi stqarrija, il-Ministeru appella biex dawk kollha li kellhom isibu akkomodazzjoni għal dak il-lejl, jissottomettu t-talba tagħhom fuq is-sit mgoz.gov.mt jew mill-mobile app MyGozo.

Din kienet l-ewwel darba li l-Ministru għal Għawdex intervjena b’dan il-mod meta s-servizzi tal-Gozo Channel kienu sospiżi għal tul ta’ ħin minħabba l-maltemp.

L-applikazzjonijiet, flimkien mad-dokumenti relevanti, għandhom jiġu sottomessi sa nhar l-Erbgħa, 27 ta’ Novembru 2019, sal-5.00pm biex ikunu jistgħu jiġu evalwati.

More in Politika