Is-Sibt iħawlu s-siġar u l-għada jsibu ħerba ftit passi 'l bogħod

Il-Minority Leader tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa b'appell lill-Ministru Herrera biex tiżdied l-għassa u l-infurzar

Is-Sibt li għadda, il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, flimkien mat-tfal mill-iskola primarja u Ambjent Malta, ħawlu ‘l fuq minn 90 siġra u arbuxelli fl-Armier, iżda l-għada, fil-viċin sabu ħerba.

Fuq Facebook, Ivan Castillo, li huwa l-Minority Leader fl-istess Kunsill Lokali, tefa’ ritratti ta’ siġar imqaċċta ftit passi ‘l bogħod minn fejn saret l-attività tas-Sibt.

Huwa appella lill-Ministru għall-Ambjent, José Herrera biex jimpjega ragers fuq bażi full time kemm fl-Aħrax u anke fl-inħawi tal-Miżieb.

“Is-sitwazzjoni mhux aċċettabbli,” saħaq il-kunsillier waqt li insista li azzjoni bħal din hija daqqa ta’ ħatja għall-Kunsill Lokali u entitajiet oħra li jaħdmu biex dawn iż-żoni jinżammu fi stat tajjeb.

“X’eżempju qed nagħtu lit-tfal tagħna meta f’ġurnata noħduhom jħawlu s-siġar u ma nagħmlu xejn meta l-għada jiġu mbiċċra għadd ta’ siġar oħra?” staqsa l-kunsillier.

Temm l-appell tiegħu biex tittieħed azzjoni malajr kemm jista’ jkun.

More in Politika