Ftehim bejn il-Gvern u l-Università bil-għan li jissaħħaħ is-settur tal-logħob diġitali

Sas-sena d-dieħla, Malta se jkollha 50 persuna ċċertifikata bill-programm Unità li hu mfittex ħafna mill-industrija tal-esports u l-industrija tal-logħob diġitali

Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni Silvio Schembri ppreseda waqt l-iffirmat tal-ftehim bejn l-Università ta’ Malta u Gaming Malta, liema ftehim se jkun qiegħed jixpruna l-karrieri fis-settur tal-iżvilupp ta’ logħob diġitali.

Permezz ta’ dan il-ftehim, l-istudenti fi ħdan id-Dipartiment tal-Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan l-Università ta’ Malta se jkunu qed jirċievi ċertifikat għall-programm tal-Unity Game Engine, liema programm huwa mfittex ħafna mill-industrija tal-esports u l-industrija tal-logħob diġitali.

‘L-edukazzjoni hija fiċ-ċentru tal-viżjoni tagħna għall-industrija tal-esports u l-iżvilupp tal-logħob diġitali. Il-ftehim tal-lum huwa pass importanti ’l quddiem,” saħaq is-Segretarju Parlamentari Schembri.

Huwa  spjega kif permezz taċ-ċertifikazzjoni tal-Unity, żviluppaturi tal-logħob qed ikunu offruti issa pakkett komplut, bażi soda teoretika, sessjonijiet prattiċi intensivi ibbażati fuq l-esperjenza ta’ Unity minna nnifisha, ċertifikat ta’ valur għall-industrija filwaqt li nagħtu l-għodod neċessarji lill-istudenti għall-futur brillanti u ta’ suċċess fi ħdan l-industrija.

“Il-fatt li sa l-2020 Malta se jkollha 50 persuna ċċertifikata bill-programm Unità, dan qed ipoġġi lil Malta f’pożizzjoni li tattira kumpaniji barranin tal-logħob li jixtiequ joperaw minn hawn, dan huwa pass inkoraġġanti li jurina li qegħdin f’direzzjoni t-tajba,” kompla jispjega Schembri.

Huwa rringrazzja l-Università ta’ Malta għall-isforzi tagħha u l-impenn sabiex tkun ta’ pont u tindirizza sfidi eżistenti bejn programmi edukattivi u l-ħiliet imfittxija fuq il-post tax-xogħol.

Il-Professur Alfred Vella, Rettur tal-Università ta’ Malta, qal li l-ftehim huwa sinjal tal-impenn tal-Università li sservi lill-istudenti, il-ħaddiema t’għada li se jkunu parti essenzjali għat-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna. 

Min-naħa tiegħu, il-kap tad-Dipartiment tal-Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan l-Università ta’ Malta, il-Professur Alexiei Dingli, qal li l-ftehim jassigura li gradwati fl-intelliġenza artifiċjali fi ħdan l-Università ta’ Malta se jieħdu l-aħjar

Preżenti kien hemm ukoll  Ivan Filletti, responsabbli mill-operat ta’ negozji fi ħdan GamingMalta.

More in Politika