Fil-ħabs bħalissa hemm 19-il priġunier bejn 14 u 17-il sena

Dan huwa l-ogħla numru ta' minorenni fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin fl-aħħar tliet snin

Bħalissa fis-sezzjoni YOURS tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin hemm b'kollox 19-il persuna minorenni, jiġifieri priġunieri li għandhom bejn 14 u 17-il sena. 

Dan huwa l-akbar numru ta' priġunieri minorenni mill-2017, f'liema sena kien hemm biss erba', filwaqt li sena wara, jiġifieri fl-2018 dan in-numru tela' għal 13. 

Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru tal-Intern Michael Farrugia, għall-mistoqsija Parlamentari tad-Deputat indipendenti Godfrey Farrugia. 

More in Politika