'Għaliex qed idum daqshekk ix-xogħol fuq Triq il-Wied?' ... Sant jistaqsi

Alfred Sant jistaqsi jekk ix-xogħol hux qed isir bin-nifs għax min 'daħal għalih mhux ilaħħaq max-xogħol li jidħol għalihom'

L-eks Prim Ministru u l-Ewroparlamentari Alfred Sant tefa’ ħarstu fuq Triq il-Wied f’Ħal Balzan u li fi kiemu tħalliet “ft stat diżastruż,” minkejja li x-xogħlijiet fuqha bdew fl-2018.

“Magħluqa għat-traffiku, imħarbta, imħaffra u maqlugħa, b’xogħlijiet li donnhom ma jispiċċaw qatt jew jirrepetu ruħhom, it-trufijiet u l-ġnub tagħha mblukkati,” innota Alfred Sant.

Kien għalhekk li staqsa tliet mistoqsijiet:

  • X’hemm wara dan kollu?
  • Ineffiċjenza grassa? 
  • Xogħol li qed isir bin-nifs għax min daħal għalih mhux ilaħħaq max-xogħlijiet li jidħol għalihom?

Fakkar li hi x’inhi r-raġuni, qed ibatu r-residenti u min irid juża t-triq.

Din hija waħda mis-sensiela ta’ posts ta’ Alfred Sant fl-aħħar jiem. Fost dawn, Sant kien ikkritika bl-aħrax id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar dwar il-villa f’ODZ fil-Qala.

More in Politika