Nikolaus se jħalli Malta biex isiru fuqu xogħlijiet għal aktar aċċessibbilità

Fost oħrajn se jsirulu side ramps biex il-passiġġieri jkunu jistgħu jgħaddu mit-terminals rispettivi taċ-Ċirkewwa u l-Imġarr

Kif kien tħabbar mill-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana, il-bastiment MV Nikolaus se jkun qed jieqaf jaħdem għal ftit żmien sakemm isirulu xi modifiki għall-iktar aċċessibbilità.

Il-vapur se jieqaf jaħdem bejn il-11 ta’ Novembru u t-12 ta’ Diċembru.

Fost oħrajn, se jsirulu s-side ramps biex il-passiġġieri ikunu jistgħu jgħaddu mit- terminals rispettivi taċ-Ċirkewwa u l-Imġarr.

Dawn il-modifiki ser isiru f’tarzna barra minn Malta hekk kif innegozjat mis-sidien tal-istess vapur wara li qablu li jħallsu huma għal dawn il-modifiki

L-MV Nikolaus ser jibqa’ jopera sakemm jiġi ffinalizzat il-proċess tat-tender għall-vapur ġdid. 

More in Politika