Aġġornata | In-numru 112 jerġa' jiffunzjona wara ħsara kkawżata minn sajjetta

Ħidma biex tissewwa l-ħsara ma damitx u s-servizz reġa' rritorna għan-normal wara ftit

In-numru ta' emerġenza 112 reġa' ġie lura għan-normal u qed jiffunzjona wara li nqata' minħabba ħsara kkawżata minn sajjetta.

Kien il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali li dalgħidu qal fuq Twitter li n-numru ta' emerġenza 112 ma kienx qed jaħdem, tant li kellu jinfetaħ numru ieħor ta' emerġenza.

Ħidma biex tissewwa l-ħsara ma damitx u s-servizz reġa' rritorna għan-normal wara ftit.

More in Politika