Ritratti | Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili jsalvaw merħla nagħaġ maqbuda wara li waqgħet ġebla

It-28 nagħġa ġew salvati u l-ebda waħda minnhom ma weġġgħet

Sitt uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili salvaw merħla nagħaġ li spiċċaw maqbuda fl-Imtaħleb wara li blata kbira waqgħet u għalqitilhom l-uniku aċċess.

B’kollox, 28 nagħġa spiċċaw maqbuda malli waqgħet din il-ġebla.

Fuq Facebook, il-Protezzjoni Ċivili spjegat kif għamlet sagħtejn u nofs tipprova ssalva n-nagħaġ.

“Fortunatament in-nagħaġ kollha nstabu ħajjin,” spjegat il-Protezzjoni Ċivili. 

L-ebda nagħġa ma weġġgħet.

More in Politika