Jitwaqqaf unit kontra l-mibgħeda ... mhux se jiffoka fuq kitbiet fil-midja soċjali

Il-Ministru Michael Farrugia jappella lill-midja biex ma tkunx sensazzjonali u jgħid li wara l-inċident f'Ħal Far ħafna nies bdew jiktbu kummenti 'vili' 

Illum twaqqaf il-Unit li se jiġġieled l-atti kriminali relatati mal-mibgħeda. MInkejja kollox dan il-unit mhux se jkun qed jiffoka fuq il-midja soċjali fejn fil-fatt qed jinqabżu ħafna drabi l-livelli ta' diċenza u jinkitbu messaġġi ta' mibgħeda. Il-Ministru tal-Internu Sigurtà Michael Farrugia qal li l-unit mhux se jkun qed jiġri wara persuni fuq il-midja soċjali biex jaraw x'kitbu ("witch hunt"). 

Minn naħa l-oħra iżda qal li "rridu naraw illi l-mibgħeda inaċettabbli fuq is-sezzjonijiet tal-kummenti u 'message boards' tieqaf."

Dwar l-inċident fiċ-ċentru miftuħ ta' Ħal Far nhar il-Ħadd li għadda, il-Ministru qal illi in-nies kienu qed jikkompetu bejniethom dwar min jista' jikteb l-aktar kumment vili. "Inċidenti bħal dawk li ġraw mhumiex skuża għan-nies biex ixerrdu l-mibgħeda." Farrugia appella wkoll lill-siti tal-aħbarijiet onlajn biex ikunu attenti x'jippubblikaw għax qal li "is-sensazzjonaliżmu u l-miżinterpretazzjoni tal-fatti jistgħu jwasslu għal aktar lingwaġġ ta' mibgħeda. Huwa qal illi l-midja kienet tefgħet it-tort fuq il-Forzi Armati fuq il-qtil ta' Lassan Cisse. 

Il-Kap ta' dan il-unit Joseph Borg, qal illi l-vittmi se jkunu jistgħu jmorru l-uffiċċju għall-għajnuna u qal li se jkun hemm psikoloġisti u psikjatri, bies jassiguraw li l-vittmi jingħataw l-għajnuna. 

Il-Kap tal-Unit jirrispondi u jispjega

More in Politika