Lufthansa Technik se tibni hangar ieħor b'investiment ta' €25 miljun

Dan wara ftehim iffirmat mal-Malta Industrial Parks għall-allokazzjoni ta’ 21,000 metru kwadru ta’ art biswit il-hangars eżistenzi

Lufthansa Technik Malta se tkun qed tinvesti €25 miljun biex tespandi l-faċilità tagħha f’Malta u dan wara ftehim iffirmat mal-Malta Industrial Parks għall-allokazzjoni ta’ 21,000 metru kwadru ta’ art biswit il-hangars eżistenzi.

Permezz ta’ dan l-investiment, il-kumpanija se tkun qed tibni hangar ieħor għat-tiswija u l-manutenzjoni tal-ajruplani.

Il-Kap Eżekuttiv Marcus Motschenbacher saħaq li l-kumpanija hija kuntenta ħafna bl-istorja tagħha f’Malta u dan l-investiment huwa konferma ta’ kemm il-kumpanija hija kommessa li tkabbar l-operat tagħha f’Malta.

Karl Azzopardi, Kap Eżekuttiv tal-Malta Industrial Parkswera wkoll is-sodisfazzjon tiegħu li setgħu jgħinu fit-tkabbir tal-Lufthansa Technic u saħaq li dan jaqbel mhux biss mal-viżjoni tal-Gvern iżda anke dik tal-Malta Industrial Parks li s-settur tal-avjazzjoni jkompli jespandi.

L-investiment qed ikun iffaċilitat ukoll mill-Malta Enterprise.

More in Politika